COVID-19
Il-Covid-19 kien ilu jiċċirkola fil-Brażil xahrejn qabel kien irreġistrat l-ewwel każ

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil.

Dan ifisser li l-virus kien diġà qed jiċċirkola fil-Brażil xahrejn qabel ma kien irrappurtat l-ewwel każ fl-Istati Uniti u tliet xhur qabel ma ġew reġistrati l-ewwel każijiet tal-coronavirus fil-Brażil lejn l-aħħar ta’ Frar.

Skont l-istudju li sar minn 14-il riċerkatur, il-virus kien diġà fil-Brażil xahar qabel ma ġie kkonfermat l-ewwel każ fid-dinja. Il-Professur Gislaine Fongaro qalet li l-kampjun ittieħed fi spezzjoni ta’ rutina li ssir kull xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

COVID-19

Il-qraba se jitħallew jibqgħu jaraw lill-anzjani fid-djar residenzjali bl-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda. Se jiġi żgurat li kull ġimgħa jsiru attivitajiet li jferrħu u li jżommu okkupati lill-anzjani f’dawn ir-residenzi. Abbażi…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

Aktar