Qorti
Il-Covid-19 kif affettwa l-kawżi fil-Qorti?

Mijiet ta’ kawżi li kellhom jinstemgħu fil-Qorti ġew difereti wħud minnhom saħansitra għas-sena d-dieħla minħabba li x-xogħol fil-qorti kważi waqaf għalkollox minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li waqt li beda jintuża l-video conferencing f’ċirkostanzi limitati, għaddejjin taħditiet mal-Ġudikatura u mal-Kamra tal-Avukati biex it-teknoloġija tintuża fi proċessi oħra, inkluż fil-Qorti tal-Familja.

Il-pandemija tal-Coroanvirus taf tkun l-ixprun biex il-qrati Malti jaġġornaw mal-era teknoloġika għalkemm sa issa l-pandemija waslet għal iżjed qtigħ il-qalb u dewmien għal kull minn rifes l-għatba tal-qorti minħabba li issa ġa ilhom xahrejn li s-smiegħ tal-kawżi waqfu.

Konxju ta’ din is-sitwazzjoni, il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li għaddejjin diskussjonijiet mal-Prim Imħallef u l-Kamra tal-Avukati biex tibda tinuża t-teknoloġija tal-video conferencing bħalma qed jintużaw minn awtoritajiet oħra.

”Specjalemnt fil-Qorti tal-familja, kwistjoni ta’ mantenimenti, inkjesti li għadhom għaddejjin li jridu jingħalqu, kawżi kriminali fejn għandek akkużati li għandhom interess li l-kawża tagħhom tinqata’ u għandek akkużati li għadhom mingħajr libertà proviżojra. Dawk kollha rridu nindirizzawhom.”

Il-Ministru Zammit Lewis qal waqt li r-reġistru tal-Qorti reġa’ fetaħ u l-każijiet urġenti komplew jinstemgħu, il-Qorti għandha tilqa’ għar-realtà l-ġdida biex tissokkta bis-smigħ tal-każijiet.

Il-Kamra tal-Avukati ppreżentat dokument bi proposti lill-Ministeru tal-Ġustizzja dwar kif il-Qorti tista’ tkompli tiffunzjona f’dawn ir-realtajiet il-ġodda.

Il-President tal-Kamra tal-Avukati, Dr Louis Degabriele qal li l-Kamra tkellmet ma’ wħud mill-membri tal-ġudikatura li jidhru lesti li jużaw it-teknoloġija virtwali.

”M’aħniex ngħidu li jista’ jsir kollox, qed noqogħdu attenti ħafna li f’kawżi penali fil-kriminal mhux dejjem possibbli li jsiru b’mod virtwali u allura ħallejna barra milli nitkellmu fuq dak is-settur fil-paper tagħna però f’70% tal-każi l-oħra almenu għandek Qorti li qed tiffunzjona b’mod li t-teknoloġija tippermetti.”

Dr Degabriele qal li jrid jintlaħaq bilanċ bejn il-ftuħ tal-Qorti u l-kontrolli li jridu jidħlu fis-seħħ biex tkompli tkun imrażżna l-imxija.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar