Saħħa
Il-Covid-19 – Kif inbidel xogħol il-qabla li jgħinu lin-nisa tqal?

Kienet l-imħabba lejn il-professjoni tal-infermiera li 29 sena ilu bdiet il-vjaġġ tal-qabla Astrid Zarb fil-vokazzjoni tagħha. Fil-ġurnata internazzjonali li tfakkar il-professjoni tal-qabla, Astrid Zarb stqarret it-tħassib tagħha dwar ommijiet li qed jistennew tarbija li qed isibuha bi tqila biex ifittxu l-għajnuna tal-qwiebel kif kienu jagħmlu sa xahrejn ilu.

Il-persuna li omm se twelled żgur qatt ma tinsa – il-qabla. Il-vjaġġ tat-twelid mingħajrha mhux komplut. Il-5 ta’ Mejju huwa l-Jum Internazzjonali tal-Qabla – il-persuna li tgħin omm li fil-ħlas: fil-passaġġ tagħha biex tiltaqa’ għall-ewwel darba mat-tarbija l-ġdida. Astrid Zarb ilha 29 sena f’din il-professjoni u kienet l-imħabba lejn it-tfal u l-ommijiet li ħaditha f’ din id-direzzjoni. Dawn iż-żminijiet ta’ pandemija qatt ma stenniethom u bidlet il-mod kif bħal ħafna oħrajn qed jagħmlu xogħlhom.

”Aħna qed nikkoperaw flimkien mal-ommijiet biex nagħtu l-istess care li konna nagħtu qabel. Però nħossu n-nuqqasijiet jew aħjar id-distakk għax irridu nilbsu l-maskri u l-viżors u l-apparat protettiv u dan jagħmilha xi ftit iktar diffiċli, imma l-għajnuna xorta tingħata.”

Astrid Zarb li hija charge midwife fl-isptar Mater Dei stqarret li qabel il-pandemija l-ommijiet li qed jistennew tarbija kienu jirrikorru għandhom għal kull ħaġa ta’ xejn – ħaġa li tħoss li anke issa għandha tibqa’ ssir, iżda nnutat li issa l-ommijiet qed imorru biss meta jkunu waslu fl-aħħar biex iwelldu.

”Aħna nħossu li din tbiddlet għax m’għadhomx jiġu daqshekk, which is not on. Aħna ħadna l-precautions kollha. Għandna żewġ wards li huma nodfa għalkollox b’waħda minnhom fejn anke jsir il-filtering tal-ommijiet qabel jgħaddu għas-sala l-oħra….”

Fl-isptar Mater Dei hemm 230 qabla jagħtu s-servizz tagħhom qabel, fit-twelid u wara t-twelid u din is-sena l-jum internazzjonali tagħhom fakkruh fl-isfond tad-diffikultajiet li ġabet il-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar