Televiżjoni u Radju
“Il-Covid-19 sfida biex ix-xandir nazzjonali jibqa’ jżomm ‘il-poplu aġġornat kif xieraq” – Iċ-Chairman tal-PBS

F’intervent fuq RAI Radio 3, li f’dawn l-aħħar jiem qed tiġbor sensiela ta’ messaġġi mill-ogħla uffiċjali ta’ għadd ta’ pajjiżi fosthom Malta b’rabta mal-Covid-19, iċ-Chairman tal-PBS Dr Tonio Portughese stqarr li ċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom huma ta’ sfida għal kulħadd, anki għax-xandir. Madanakollu, iċ-Chairman qal li x-xandir għandu l-obbligu li jkompli jaħdem qatigħ kif qed jagħmel, bil-għan li jkompli jżomm ‘il-poplu aġġornat bl-aqwa mod.

Lil hinn minn xtutna, il-minġel tal-mewt qed jaħsad il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni. Għaldaqstant, fl-isfond ta’ din ir-realtà, Dr Portughese stqarr li x-xandir huwa mistenni li jkompli jwassal l-aħħar żviluppi kif xieraq u mingħajr ma joħloq paniku mingħajr bżonn, bit-tama li l-aħbarijiet ma jaqgħux fuq widnejn torox u biex dak li jkun ikompli jiġbed ħabel wieħed sabiex flimkien negħlbu din l-isfida mill-aktar fis.

Iċ-Chairman żied jgħid li l-PBS qed taħdem id f’id mal-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, l-awtoritajiet governattivi, kif ukoll mal-Knisja, li permezz tax-xandir qed ixxandar l-kelma ta’ Alla darbtejn kuljum.

Kif jgħid il-Malti, bniedem avżat nofsu armat. Għaldaqstant, huwa importanti li lkoll insegwu x’inhu jiġri ta’ spiss, u li nkomplu noqogħdu b’seba’ għajnejn għall-ġid ta’ kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Aktar