Kultura
Il-COVID-19 tħarbat il-pjanijiet tal-artisti – artisti b’ġejjieni inċert

Il-Covid-19 ħarbtet ukoll il-pjani tal-artisti li jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum mit-talenti tagħhom b’wirjiet u kunċerti kanċellati.

Il-baritonu Joseph Lia u martu, ir-Russa Natalia Rakjmatulina, ħassru diversi kunċerti fosthom fir-Russja bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 sena minn tmiem it-tieni gwerra dinja.

Qal li ċ-ċirkustanzi kif żvolġew ma ppermettawx li dan isir, u il-koppja kemm separatament kif wkoll bħala duo kellhom iħassru wkoll l-parteċipazzjoni tagħom f’diversi festivals ta’ mużika klassika. Għad hemm ukoll għadd ta’ domandi li m’humiex imwieġba dwar il-ġejjieni.

“Ma nafux jekk irridux nagħmlu kwarantina, ma nafux jekk meta jiftħu l-ajruporti is-swali kemm se jkunu jilqgħu nies, jekk in nies hux se jibqgħu xettiċi biex jiġu l-kunċerti diġà ma kinux xi kunċerti mainsiteam ta’ xi elfejn ruħ kienu kunċerti li huma pjuttost ta’ skala iżgħar u ma nafux kif l-udjenzi se jirreaġġixxu meta jiftħu dawn is-swali”.

Joseph qal li minkejja d-diffikultajiet, il-koppja aġġustat għar-realtà ġdida u dan billi fost affarijiet oħra saħħet il-preżenza tagħha fuq il-media soċjali.

“Ikkolaborajt ma’ żewġ persuni Russi, waħda poetessa, Yana Psaila titkellem bil-Malti u taqleb mir- Russu għall-Malti u Yuri Charyguine u flimkien għaqqadna poeżija , Yana traduċiietha għal storja li sseħħ ġos shelter tas-suldati u lpoeżija tirrakkonta storja tat-Tieni Gwerra Dinija”

Joseph Lia qal li jittama li l-folja tinqaleb malajr kemm jista jkun biex l-artisti jkunu jistgħu ikomplu bil-karriera tagħhom. Irikonoxxa li filwaqt li l-media soċjali qed tibni pont indispensabbli bejn l-artisti u l-udjenzi minħabba l-aċċessibilt għall-mezzi teknoloġiċi, xejn ma jieħu post kunċerti live fit-teatri.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar