COVID-19
“Il-Covid ipparalizzatni bid-deni u kelli bżonn l-ossiġnu” – Il-Malti li kien fl-ITU fi Spanja

“Il-COVID-19 kważi qatlitni.” Dawn kienu l-ewwel kelmtejn ta’ Matthias Kentzia, żagħżugħ Malti li spiċċa fil-kura intensiva fi Spanja wara li ġie infettat bil-Coronavirus.

“Għadni ġej minn ġimagħtejn mitluq ġo sodda ta’ sptar fi Spanja, nissielet kontra n-novel coronavirus u l-pulmonite li qabbditni,” qal Matthias fuq il-midja soċjali.

Qal li minkejja li għandu 27 sena, jgħix ħajja sana, u ma kellux kundizzjonjiet ta’ saħħa, il-Covid-19 kważi pparalizzatu bid-deni u kellu bżonn l-ossiġnu lejl u nhar.

“Aħna kollha vulnerabbli,” sostna Matthias, waqt li talab rispett lejn il-professjonisti tas-saħħa li qed jippruvaw isalvaw il-ħajjiet.

Huwa appella lil kulħadd biex jisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa; joqgħodu d-dar u jaħslu jdejhom.

“Naf li toqgħod id-dar mhux faċli. Però emmnuni, li tkun mixħut f’sodda tissielet għan-nifs hija iktar iebsa,” saħaq Matthias.

Ara wkoll:

Żagħżugħ Malti fl-ITU fi Spanja wara li rriżulta pożittiv għall-Coronavirus – jinsab stabbli

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar