Eurovision
Il-Eurovision Song Contest jintrebaħ mill-Olanda wara 44 sena

L-Olanda rebħu l-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2019 li sar f’Tel Aviv, Iżrael.  B’hekk is-sena d-dieħla wara 44 sena għall-5 darba fl-istorja l-Eurovision se jsir fl-Olanda.

Bil-kanzunetta Arcade, Duncan Laurence rebaħ dan il-festival prestiġġjuż b’492 punt – 261 mit-televoting u 231 mill-ġurija professjonali.  Fit-tieni post spiċċat l-Italja u fit-tielet post ir-Russja.

Malta kklassifikat fis-16-il post bil-kanzunetta Chameleon kantata minn Michela.  Mill-ġurija professjonali Michela kisbet 75 punt, filwaqt li mit-televoting inkisbu 20 punt għal total ta’ 95 punt.  Il-voti massimi (12-il punt) tal-ġurija Maltija marru għand l-Italja.

Ara wkoll:

ARA: Michela b’wirja eċċellenti ta’ Chameleon fil-finali tal-Eurovision

Malta tikklassifika fis-16-il post tal-Eurovision f’Tel Aviv

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Edukazzjoni

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat…

Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Aktar