Familja
Il-Facebook kif qed jaffettwa lill-koppji?

Il-Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka dwar il-Familja, il-Professur Angela Abela, stqarret li għaddejjin taħditiet mal-Gvern biex ikun hemm korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-koppji li jridu jiżżewġu biċ-ċivil.

Waqt il-programm INSIGHTS, is-Saċerdot Sależjan Fr Eric Cachia wera ruħu xettiku dwar l-effetti fit-tul taċ-childcare centres fuq it-tfal. Il-Professur Abela hi tal-fehma li għandhom jiżdiedu l-ġranet tal-leave għall-ġenituri biex iqattgħu iktar ħin ma’ wliedhom.

It-Terapista tal-Familja, Rebecca Cassar, qalet li l-midja soċjali, fosthom Facebook, qed jaffettwaw il-komunikazzjoni bejn il-koppji.

Is-suġġett tal-familja se jkun ittrattat f’iktar dettall fil-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fl-10.30pm fuq TVM. Il-programm jerġa’ jixxandar it-Tnejn fis-5.45pm fuq TVM 2.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Fi stqarrijiet separati, l-Alternattiva Demokratika, il-Partit Demokratiku u Repubblika MT talbu għar-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri fid-dawl tal-aħħar aħbar – l-arrest ta’ Yorgen Fenech. Il-PD…

Politika

F’mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza f’San Ġiljan, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb dwar l-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech. Meta mistoqsi dwar jekk hux se jitlob għar-riżenji tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of…

Kronaka

Mara ta’ 58 sena ndarbet f’sala tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei lbieraħ. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne talab għal inkjesta maġisterjali wara li ġie rrappurtat l-inċident li seħħ f’sala tal-operazzjonijiet. Dwar…

Aktar