Kronaka
Il-FAM issalva tliet baħrin minn vapur li nqasam fil-maltemp

Il-kaptan u żewġ membri tal-ekwipaġġ ta’ tanker li kien fl-ibħra territorjali Maltin, jistgħu jgħodduha b’waħda wara li t-tanker inqasam fi tnejn kawża tal-baħar qawwi.

Il-kaptan tat-tanker Lady Sandra talab għall-għajnuna tal-awtoritajiet Maltin għall-ħabta tad-disa’ u nofs ta’ filgħaxija wara li t-tanker żviluppa ħsarat estensivi, imtela’ bl-ilma u beda jgħereq.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ saret f’bahar qawwi 13-il mil fil-Grigal ta’ Malta mill-ekwipaġġ tal-Patrol Boat Melita 1 u ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-ekwipaġġ tat-tanker, żewġ Eġizzjani u Rumen, ġew salvati mill-Forzi Aramti wara li nstabu fil-baħar u ttieħdu fil-bażi marittima f’Xatt it-Tiben. It-tliet irġiel ma kellhomx bżonn attenzjoni medika waqt l-każ issa jinsab f’idejn il-Pulizija tal-Immigrazzjoni.

Il-Kaptan tal-Melita 1 iddeskriva din l-operazzjoni bħala waħda perikoluża għax l-imbatt kien qawwi bil-buffuri qawwija tar-riħ li għamel l-ħidma tagħhom aktar diffiċli. Il-Kordinatur tal-Missjoni qal li l-operazzjoni kienet riżultat ta’ kordinazzjoni bejn il-Forzi Armati u bastimenti oħra li kienu fil-madwar li offrew l-assistenza tagħhom.

Television Malta huwa infurmat li t-tanker, ta’ 636 tunnellata, itajjar bandiera tat-Togo u huwa ta’ kumpanija li topera minn Malta. It-tanker li għandu qrib il-45 sena jintuża biex iforni provisti lil bastimenti li ikunu qed ibahhru fil-vicin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

COVID-19

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom. Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż…

Ambjent

Waqt li bħalissa d-Direttorat għat-Tindif jinsab għaddej b’ħidma bla waqfien biex inaddaf u jiffumiga postijiet pubbliċi minħabba l-Coronavirus, xorta waħda ssib min lest iżid xogħol bla bżonn għal dawn il-ħaddiema….

Aktar