Politika
Il-familja Caruana Galizia bi protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru

Ir-raġel u wlied il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għamlu protest ġudizzjarju li fih qed jitolbu biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jieqaf milli jkollu sehem, fl-investigazzjoni u l-proċeduri kriminali u fil-proċess li bih se jinġabru l-provi mill-bord li nħatar biex imexxi inkjesta pubblika.

L-Avukat Peter Caruana Galizia u wliedu Matthew, Andrew u Paul qed jitolbu wkoll li l-Prim Ministru jiġi mistħarreġ minnufih biex jiġu magħrufa u preżervati l-fatti kollha.

Il-familja Caruana Galizia semmew fost oħrajn, li fost l-arrestati kien hemm l-ex Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u rreferew għar-rapporti li qalu ma ġewx miċħuda li fihom intqal li Keith Schembri attenda laqgħat ma’ uffiċjali tas-Servizz tas-Sigurtà u seta’ kien jaf b’informazzjoni oħra li ngħata l-Prim Ministru dwar l-investigazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq…

Lokali

Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia qal li l-politiku sikwit jiġi kkritikat li jaħseb biss f’ċikli elettorali ta’ ħames snin jew ftit iktar iżda fil-qasam tal-ambjent, l-iżvilupp u l-ippjanar, il-Gvern issa qed…

Politika

F’kummenti lill-midja, il-Prim Ministru Robert Abela ma eskludiex li jkun hemm tibdil fil-kariga tal-Avukat Ġenerali. Madankollu, iċċara li dan mhux minħabba l-allegazzjonijiet li ntqalu fil-Qorti dwar struzzjonijiet biex il-Pulizija tieħu…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat ta donazzjoni ta’ saqqijiet motorizzati u siġġijiet tar-roti b’valur ta’ €20,000 lil Aġenzija Sapport u lir-residenza San Vincenz de Paule. Id-donazzjoni ngħatat permezz tal-programm…

Aktar