Qorti
Il-familja Caruana Galizia titlob ir-rikuża tal-Maġistrat Nadine Lia

Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia talbet lill-Qorti biex il-Maġistrat Nadine Lia ma tismax il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, li jinsab mixli li kien il-moħħ fil-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia.

Il-familja Caruana Galizia qalet li l-Maġistrat Lia, li appuntat is-smigħ għal għada, għandha kunflitt ta’ interess, minħabba li missier ir-raġel tagħha, Pawlu Lia, huwa konsulent legali u difensur f’kawżi oħra tal-Prim Ministru u tal-eks Chief of Staff Keith Schembri, li l-familja qed tallega li huwa implikat fil-każ.

Il-Maġistrat intgħażlet bil-polza biex tisma’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda f’dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Aktar