Lokali
Il-familja ta’ Caruana Galizia taċċetta l-apoloġija tal-Prim Ministru Robert Abela

Iben il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Paul qal li l-familja għarfet u aċċettat l-apoloġija li għamel il-Prim Ministru fil-Parlament wara li ħareġ ir-rappport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista, u qabel li din hija dovuta lil pajjiż kollu li għadda minn trawma inkreddibli/

F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali mill-familja flimkien mal-avukati tagħhom, is-Sur Matthew Caruana Galizia qal li l-familja m’għandhiex pjani li tiltaqa’ mal-Prim Ministru, imma jkollhom kieku joffrilhom li jiltaqgħu.

Huwa rrikonoxxa s-sinfikat tar-rapport li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Qal li kull min hu msemmi fir-rapport għandu jerfa’ r-responsabilità. Żied li għad hemm persuni li għandhom jaffaċċjaw il-ġustizzja għall-azzjonijiet tagħhom.

Fil-konferenza l-avukat tal-familja, Therese Commodini Cachia qalet li r-rakkomandazzjonijiet li tal-Inkjesta għandhom jiġu implimentati minn kumitat imparzjali u mhux partiġġjana. Qalet li din ir-riforma m’għandhiex tkun f’idejn il-Prim Ministru jew il-gvern, imma għandha tkun f’idjen esperti indipendenti u verament imparzjali. Is-Sur Caruana Galizia żied li huwa importanti li l-gvern jimplimenta dawn ir-riformi b’mod sħiħ u b’mod indipendenti mill-gvern. Qal li tkun tal-mistħija jekk l-inkjesta indipendenti tispiċċa f’eżerċizzju partiġġjan mill-gvern.