Kronaka
Il-familja ta’ Chris Dodd, Ingliż li għereq Malta, tiġbor il-flus biex tieħu lura l-katavru

Il-qraba ta’ Ingliż li ftit tal-jiem ilu għereq f’Malta qed jiġbru l-flus biex il-katavru tiegħu jkun jista’ jirritorna f’pajjiżhom.

Chris Dodd, ta’ 27 sena, instab mejjet fi ‘swimming pool’ ġewwa residenza fi Triq it-Trunċiera f’San Pawl il-Baħar fis-16 ta’ Lulju li għadda.

Il-familja tiegħu rrikorriet għas-sit gofundme.com biex tiġbor il-flus u s’issa nġabru £6,000 għalkemm il-mira tagħhom hija ta’ £10,000.

Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech waqt li l-Pulizija kienet għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.