Lokali
Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia tgħid li l-Maġistrat ma rnexxilux jipprova ta’ min kienet Egrant

Il-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li l-pubbliku Malti ma jistax sempliċiment jaċċetta l-fatt li qatt ma jkun jaf għal min twaqqfet il-kumpanija Egrant.

F’dikjarazzjoni lill-midja, il-familja Caruana Galizia qalet li fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta, il-Maġistrat Aaron Bugeja ma qalx b’mod ċar li l-Prim Ministru bla ħtija u li l-allegazzjonijiet kienu foloz għaliex ma rnexxilux jipprova ta’ min kienet Egrant li kienet twaqfet fil-Panama u issa m’għadhiex teżisti.

Il-familja fakkret li Egrant twaqqfet fl-istess perjodu li twaqqfu l-kumpaniji Hearnville u Tillgate, li minn emails li ġew żvelati fil-Panama Papers sar magħruf li huma tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Il-familja qalet li mingħajr l-evidenza tal-email, l-ebda Maġistrat Malti ma kien ikun kapaċi jipprova min huma s-sidien ta’ dawk il-kumpaniji. Il-familja qalet li r-raġuni għaliex għadna ma nafux is-sid ta’ Egrant hi għaliex Karl Cini ta’ Nexia BT għadda l-isem tal-benefiċjarju tagħha lill-kumpanija tal-avukati Mossack Fonseca fil-Panama permezz ta’ Skype minflok email kif sar fir-rigward taż-żewġ kumpaniji l-oħrajn.

Il-familja Caruana Galizia qalet li l-verità kollha dwar Egrant tista’ tkun magħrufa jekk l-awtoritajiet Maltin jinvestigaw lil Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini u l-istaff li għad fadal fil-bank Pilatus.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Botta u risposta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u l-grupp Corinthia. Il-Partit Nazzjonalista qal li laqgħa Parlamentari biex tgħaddi art pubblika lill-Grupp Corinthia ġiet posposta għall-4 ta’…

Kronaka

Il-Pulizija qiegħda tfittex lil David Liniker Micallef li għandu 31 sena. Micallef, li fil-passat tressaq il-qorti u nstab ħati ta’ diversi reati, fosthom fuq droga u serq minn pompi tal-petrol,…

Lokali

Wara kważi ħamsin sena f’Malta, l-Astracast, fabbrika Ingliża li timmanifattura s-sinkijiet għalqet ħabta u sabta l-bibien tagħha possibilment minħabba diffikultajiet finanzjarji u ħalliet lil 35 ħaddiem tagħha lampa stampa. Il-General…

Aktar