Qorti
Il-familji li ġġarfitilhom darhom fil-Pietà jiftħu protest fil-Qorti kontra l-iżviluppatur

Għadd ta’ familji li f’nofs ix-xahar li għadda ġġarfitilhom darhom fil-Pietà fetħu protest ġudizzjarju kontra l-iżviluppatur tal-binja ta’ biswithom.

Total ta’ 14-il persuna, bejn sidien u inkwilini tal-appartamenti affettwati, qed jitolbu lill-Qorti Ċivili biex tiddikjara lill-iżviluppaturi Mohib Abouzidan, Carmel Ellul and Ebcon Trading Company Limited responsabbli għad-danni fid-dar tagħhom.

Fil-protest jingħad li l-iżviluppaturi kienu qed jaħdmu taħt id-direzzjoni tal-Perit Jonathan Schembri. Il-Qorti ntalbet tiddikjara li x-xogħol kien sar bi traskuraġni u b’nuqqas ta’ tħaris tar-regoli tal-kostruzzjoni.

Huma talbu wkoll lill-Qorti biex twaqqaf ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa sakemm l-iżviluppatur ikun konformi mar-regoli tal-kostruzzjoni l-ġodda ppubblikati l-ġimgħa li għaddiet.

Il-protest kien iffirmat mill-Avukati Edward Zammit Lewis u Veronique Dalli.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-binja mġarrfa fil-Pietà laqtet il-ħajja ta’ 18-il persuna

AĠĠORNAT (2): Spiċċaw jorqdu barra biex jagħmlu l-għassa ma’ darhom

Sabu oġġetti nieqsa minn darhom iżda ħadd mhu responsabbli