Lokali
Il-familji u tfal Maltin għandhom reżilejnza kbira u jista’ jiġi rkuprat dak li ntilef – il-Prof. Borg

Il-Professur Carmel Borg waqt il-programm TVAM enfasizza l-importanza tal-edukazzjoni għat-tfal u żgħażagħ u l-fatt li jitilfu skola se tagħmillhom ħsara kbira.

Mistoqsi jekk hemmx lok ta’ rkupru għal dak li tilfu l-istudenti Maltin u jiġu ttimbrtati bħala l-ġenerazzjoni li ntilfet fil-pandemija, il-Prof. Borg qal li l-familji Maltin għandhom reżiljenza kbira u jista’ jiġi rkuprat dak li ntilef.

Qal li l-livell ta’ stress u ansjetà qiegħda hemm u s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-pandemija ħarbtet il-ħajja tal-istudent u l-ġenitur kif ukoll tal-edukatur.

Il-Covid-19 ħalla impatt doppju, li qal żammet lill-istudenti ‘l bogħod minn dak li kienu mdorrijin jagħmlu qabel u ħalliet impatt ukoll emozzjonali. Semma li l-aktar li ntlaqtu huma tfal żvantaġġjati hekk kif il-mixja akkademika nbidlet mil-lejl għan-nhar.

Isma’ l-intervista kollha hawn tal-Professur Carmel Borg;