Lokali
“Il-fast ferry hija wegħda oħra tal-PL li baqgħet ma twettqitx” – PN, jirreaġixxi l-Ministeru għal Għawdex

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-annullament tal-proċess tal-għażla tal-operatur tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex hija turija kemm il-Gozo Channel mexxiet il-proċess b’inkompetenza u diżrispett lejn il-pubbliku u lejn l-Għawdxin.

Intqal li l-Oppożizzjoni kienet tistenna li jkun hemm proċess tal-għażla ghal din il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista, kellu jkun ferm aktar serju u bi kriterji preċiżi.

F’reazzjoni il-Ministeru għal Ghawdex qal li l-Gvern huwa mpenjat biex jiggarantixxi l-aċċessibilità bejn Għawdex u Malta. Dan l-impenn ġie provat bl-iktar mod ċar bl-introduzzjoni tar-raba’ vapur li ngħaqad mal-flotta tal-Gozo Channel, kif ukoll bil-pjanijiet avvanzati għall-permanent link bejn iż-żewġ gżejjer, is-sejħa għas-servizz tal-helicopter u wkoll il-fast ferry. Intqal li l-Oppożizzjoni taf li kien u għad hemm proċeduri l-Qorti u allura qabel ma dawn jiġu eżawriti ma jistax jimxi l-proċess tal-fast ferry.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-ġrajjiet imfakkra mill-knisja f’dawn il-jiem huma rappreżentati matul is-sena kollha fil-knejjes u l-kappelli, fl-hekk imsejħa Via Sagra, permezz ta’ xbihat li jirrappreżentaw 14-il mument differenti mill-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’…

COVID-19

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, qalet li bħala omm qed tuża dan iż-żmien fid-dar biex iktar minn qatt qabel tibni r-relazzjoni ma’ bintha Giorgia. F’messaġġ imxandar fuq il-midja soċjali, Dr…

COVID-19

S’issa hu magħruf li minn tal-anqas żewġ Maltin li jgħixu barra l-pajjiż mietu kawża tal-Coronavirus.  John Grima, artist ta’ 88 sena, miet fil-Kanada fejn emigra f’żgħożitu. It-tieni Maltija li mietet…

COVID-19

Erbat ijiem qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, qal li l-Korp tal-Pulizija huwa mgħammar biżżejjed biex iħarrek lill-kaċċaturi li jinstabu li qegħdin jiksru l-liġi. Mill-banda…

Aktar