Sajd
Il-fdalijiet tat-tonn f’Marsaskala b’riħa ta’ attività illegali

Il-fdalijiet tat-tonn li ntlemħu fil-bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet għandhom riħa ta’ attività illegali.

Fi stqarrija mibgħuta mill-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura, intqal li dawn il-fdalijiet m’humiex riżultat tal-attività tal-irziezet tal-ħut.

Il-federazzjoni qalet li kitbet lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura biex jinvestiga din is-sejba, li kollox jindika li hija marbuta ma’ attività illegali ta’ serq mill-gaġeġ tat-tonn jew ta’ sajd illegali.

L-irjus tat-tonn kienu marbuta ma’ baga u fi stat qawwi ta’ dikompożizzjoni. Barra minn hekk il-ħut tnaddaf fuq il-baħar biex jeħles mill-evidenza.

Il-federazzjoni fakkret li t-tonn tal-gaġeġ jinqatel fil-preżenza ta’ uffiċjali mid-dipartiment tas-sajd u osservaturi internazzjonali, u dak li jinqabad irid jiddaħħal fil-portijiet apposta fil-preżenza ta’ uffiċjali mid-dipartiment tas-sajd.

Il-federazzjoni irringrazzjat lis-Sindku u Viċi Sindku ta’ Wied il-Ghajn li ġibdu l-attenzjoni dwar dawn il-fdalijiet.

Ara wkoll:

Irjus tat-tonn u fjuwil fil-bajja ta’ Marsaskala

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Opra “L’ Impresario”, li ser issir fit-teatru Manoel bħala parti mill-festival Żigużajg, għalkemm ma nkitbitx għat-tfal, għandha tagħti doża ta’ komiċità u allegrija waqt li tkompli tgħolli l-livell kulturali tal-festival….

Lokali

Attent jekk se tkun fl-inħawi ta’ Ħal Qormi hekk kif jixhed il-filmat, ħarbet baqra. Il-baqra, qisu xejn mhu xejn, intlemħet miexja biswit triq traffikuża fil-lokalità. Qormi Harbet baqra, Qormi Gepostet…

Tfal

Fuq in-noti tal-kanzunetta Circle of Life mill-film Lion King u siltiet oħrajn, grupp ta’ studenti tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Iskola Sekondarja tal-Verdala fakkru l-Jum Dinji għat-Tfal li ġie ċċelebrat…

Aktar