Turiżmu
Il-FELTOM tilqa’ l-vawċers biex studenti barranin jiġu jistudjaw l-Ingliż f’Malta

Il-federazzjoni li tirrappreżenta l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin (FELTOM) laqgħet l-aħbar li l-Ministeru tat-Turiżmu se jagħti għajnuna fil-forma ta’ vawċers lil studenti barranin biex jiġu jistudjaw Malta.

Hija ddikjarat li wara diversi laqgħat mal-Ministeru tat-Turiżmu u mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) kienet qed tħares lejn din l-inizjattiva bħala prova tal-għajnuna li l-Gvern irid iwassal lil dan is-settur li għaddej minn ħafna diffikultà.

FELTOM qalet li tinsab sodisfatta li t-talba tagħha għall-għajnuna nstemgħet u tittama li se jibqa’ jkollha iżjed opportunitajiet sabiex taħdem mill-qrib mal-Gvern u mal-MTA sabiex tkompli tippromwovi din l-industrija u tara li l-operat jerġa jibda’ sejjer lura għan-normal.