Lokali
Il-fergħa tal-BOV tal-Balluta terġa’ tiftaħ wara każ ta’ Covid

Il-fergħa tal-BOV tal-Balluta reġgħet fetħet illum wara li fl-aħħar jiem ingħalqet b’mod temporanju. Il-fergħa għalqet il-bibien tagħha l-ġimgħa l-oħra wara li impjegat rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija, il-BOV qal li tqabbdu speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet biex jiddiżinfettaw il-fergħa qabel ma reġgħet fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku.

Il-BOV ħeġġeġ lill-klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda biex jagħmlu appuntament mal-fergħa fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jibagħtu email fuq [email protected], jew iċemplu fuq 21312020.