Lokali
Il-Fergħat tal-BOV tal-Gżira u tal-Marsa jerġgħu jinfetħu

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti li minn nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru, il-Fergħat tal-Gżira u tal-Marsa ser jerġgħu jinfetħu.

Il-Fergħat tal-Gżira u tal-Marsa kienu temporanjament magħluqa wara li terzi persuni irriżultaw pożittivi għall-COVID-19. Il-Bank ingaġġa speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-Fergħat. L-Awtoritajiet tas-Saħħa taw il-konferma tagħhom li l-Fergħat huma sikuri sabiex jinfetħu mill-ġdid.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Ħu Ħsieb

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.

Biex jevitaw jistennew fi kju, klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq [email protected] sabiex jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom.

Il-Bank of Valletta qal li se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu u jfakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.