Il-festival tal-letteratura ta’ din is-sena b’żewġ films

Il-proġett Poetry on Film, jinseġ storja minn poeżija. Kull sena, poeżija Maltija tintgħażel biex tiġi adattata f’film qasir li jintwera għall-ewwel darba waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Il-proġett ta’ Poetry on Film hu inizjattiva bejn Valletta 2018 u Inizjamed li jgħaqqad flimkien l-arti viżwali tal-film mal-letteratura rikka Maltija billi jinseġ poeżiji bil-Malti f’film. B’danakollu l-poeżiji jkunu biss il-punt tat-tluq għax id-diretturi jibqgħu dejjem ħielsa li jinterpretaw xogħol il-poeti b’mod dinamiku permezz tal-arti viżiva, l-azzjoni u l-mużika.

Din is-sena, b’differenza għas-snin li għaddew, ser ikunu qed jintwerew żewġ films qosra wara sejħa pubblika li saret. ‘Meta tiġi MariRos’ maħdum minn Shadeena u ispirat mil-poeżija bl-istess isem ta’ Lillian Sciberras bit-tieni film ‘L.O.M.L.’ (Love of my Life), ta’ Gilbert Calleja u Matthew Attard. Dan ta’ l-aħħar huwa bbażat fuq il-poeżija Tibqa’ Int ta’ Ray Mahoney.

Id-direttur Gilbert Calleja qal hekk: “Il-proċess tnieda kmieni din is-sena meta l-kittieb u poeta Malti Immanuel Mifsud għażel diversi poeżiji minn Lillian Sciberras u Ray Mahoney bħala rappreżentanti tal-poeżija u l-letteratura Maltija tat-tmeninijiet.”

Id-dħul għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta huwa mingħajr ħlas u se jsir bejn il-25 sas-27 t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Immigrazzjoni

Mill-inkjesta tal-Maġistrat Joe Mifsud dwar l-allegazzjonijiet ta’ omiċidju volontarju, ħareġ fost oħrajn li wieħed mill-immigranti li ġew salvati kellu kuntatt fuq il-mobile ma’ persuna f’Malta. Ħareġ ukoll li l-immigranti qalulu…

COVID-19

Il-Malta Police Association qalet li l-amnestija għall-multi li weħlu ċertu individwi, minħabba l-miżuri li daħlu fis-seħħ minħabba Covid 19 meta nġemgħu fi gruppi kontra l-avviżi legali, hija insult kbir għall-ħidma…

Aktar