Kisbiet
Il-film “Luzzu” jkompli jikseb l-unuri u jinxtara minn Kino Lorber

Il-film Luzzu u l-attur ewlieni Malti Jesmark Scicluna komplew jiksbu l-unuri hekk kif il-film inxtara mill-Amerikan Kino Lorber.

Il-futur għal kull min ħadem fil-produzzjoni tal-film fi sfond tal-ibħra Maltin huwa wieħed li jipprometti hekk kif il-film mistenni joħroġ aktar tard din is-sena.

Miktub u b’direzzjoni ta’ Alex Camilleri, l-istorja ta’ Luzzu hija dwar sajjied żgħażugħ li jispiċċa jidħol f’riskji kbar u jispiċċa jmiss mas-sajd illegali biex ikun jista’ jitma’ lil familtu.

Luzzu huwa l-ewwel film miġbud Malta li kkompeta f’festival internazzjonali ewlieni tal-films fejn intlaqa’ bl-unuri.

Wara l-produzzjoni tal-film hemm ukoll it-talent u l-ħidma ta’ Rebecca Anastasi, Ramin Bahrani (“The White Tiger,” “99 Homes”), Camilleri u Oliver Mallia.