Lokali
Il-films kruċjali biex jinterpretaw dak li qed iseħħ madwarna

Il-programm tal-istudji tal-film tal-Università ta’ Malta jiddedika parti sostanzjali minnu għat-teorija u l-prattika tal-film u huwa ddisinjat biex jilħaq studenti li għandhom sisien u formazzjonijiet varji fl-istudji tagħhom. Iltqajna’ mal-koordinatriċi waqt ċerimonja ta’ perżentazzjoni tal-produzzjonijiet awdjoviżivi fl-Università ta’ Malta.

Il-koordinatriċi dwar l-istudji tal-film fl-Università ta’ Malta, Gloria Lauri Lucente, qalet li l-pjattaformi awdjo viżivi qed isiru iżjed kruċjali biex ninterpretaw dak li qed iseħħ fid-dinja.

Prof. Lauri Lucente qalet li dan ma japplikax biss għall-aħbarijiet u stejjer kontemporanji li jixxandru fuq il-mezzi tal-media soċjali, imma partikolarment għall-ġeneri bħall-film u ċ-ċinema, bl-industriji jattiraw budgets li jlaħħqu l-miljuni.

Waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-produzzjonijiet awdjoviżivi tal-istudenti li se jiggradwaw f’Novembru li ġej, hija qalet li l-istudenti qed jimirhu fl-iżviluppi li qed iseħħu kien fl-industrija tal-films.

“L-iskop huwa kemm il-komponent prattiku u anki teoretiku, għax min iktar jixtieq jaħdem u jirfina fil-iskills li għandhom jew li għad li m’għandhomx fil-production u l-ħolqien ta’ short films u feature films u hemm min jixtieq jirfina t-teorija.”

Hija qalet li l-programm dwar l-istudji tal-film mill-Fakultà tal-Arti f’livell ta’ Masters għandu l-għan li jsaħħaħ l-abbiltajiet analitiċi u prattiċi filwaqt li jrawwem ħiliet biex l-istudenti jiżviluppaw karriera fl-industrija tal-films, it-televiżjoni u l-midja.

Prof. Lauri Lucente qalet li l-għan tal-kors huwa li l-Università tipprovdi t-taħriġ formali, u li jsaħħaħ il-kwalità tal-istudju taċ-ċinema, anki b’esperjenzi diretti fix-xogħol. Qalet li dan il-kors qed isaħħaħ il-kwalità tal-industrija ċinematografika indiġena.

“Se jirfinaw imbagħad ovvjament se jindunaw fejn iridu jispeċjalizzaw aktar fil-fond.”

L-istudenti li huma r-raba’ grupp f’dan il-kors huma ggwidati minn esperti lokali u barranin f’diversi aspetti tal-produzzjoni tal-films.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar