Edukazzjoni
Il-firda mill-klassijiet tibda tagħmel tagħha: għalliema tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat b’żifna għall-istudenti

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod mis-Saqqajja r-Rabat, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fost il-ġimgħa jkun miżgħud studenti li fost l-oħrajn jattendu l-lezzjonijiet, jagħtu daqqtejn ballun flimkien u xi praspura li tkidd ‘l-għalliema ma tonqosx. Inkella x’ġurnata skola tkun?

F’dawn il-jiem, madanakollu, ir-realtà hija xort’oħra. Kawża tal-pandemija, ma hemm ħadd jagħti l-ħajja lill-iskejjel. Il-klassijiet jinsabu baħħ, għatxana għall-briju tal-istudenti.

Lil hinn mill-awli tal-kulleġġ f’dawn il-jiem aktar minn 40 għalliem mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl ingħaqdu virtwalment bil-għan li jiddedikaw żifna lill-istudenti tagħhom. Bi tbissima fuq fommhom u b’ħeffa liema bħalha lkoll għamlu l-almu tagħhom biex joħolqu korjografija li tisraqlek qalbek.

Maġenb il-filmat, f’messaġġ fuq Facebook, il-Kulleġġ f’isem l-istaff stqarr li f’dawn il-jiem il-firda mill-istudenti qed tibda tagħmel tagħha. L-għalliema, għandhom seba’ mitt sena sakemm jerġgħu lura l-kulleġġ mill-aktar fis. Kulleġġ, li huwa l-mimmi t’għajnejhom.

SPMC COVID CHALLENGE

Music and dance are truly the language of the soul … when a few simple steps and some upbeat music manage to get together over 40 members of staff to dedicate a dance especially intended for our sorely missed students. This choreography and the unique team effort behind it is for each one of you, dear students. May we have the opportunity to meet again soon at school. We might be in touch only virtually at the moment but that does not mean you are further away in our thoughts and hearts. Distance makes the heart grow fonder .. we miss you and until we meet again stay safe .. stay home, because together we are one family, we are TEAMSPMC. #wearespmc #TEAMSPMCWith special thanks to the College P.E. Department who have been thinking outside the box to keep us all active, positive and focused on a better future throughout these difficult weeks.

Gepostet von St. Paul's Missionary College am Freitag, 15. Mai 2020