Il-FKNK tfaħħar l-imġiba tal-kaċċaturi minkejja “l-eko-terroristi”

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) sostniet li l-imġiba fi kliemha eżemplari tal-kaċċaturi jistħoqqilha kull tifħir, għall-mod kif ġiet osservata l-liġi matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa li għalaq fit-30 ta’ April.

Il-Federazzjoni qalet li dan seħħ minkejja l-provokazzjonijiet, anki permezz ta’ gideb, tgħajjir, insulti u mibegħda li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-kaċċaturi u l-istess FKNK, liema offiżi qalet il-Federazzjoni nħolqu minn nies kontra l-kaċċa kemm Maltin kif ukoll barranin, speċjalment Ingliżi.  “Dawn l-eko-terroristi, xejn ma ddejqu jħammġu isem Malta b’qerq quddiem il-bqija tad-dinja”, qalet l-FKNK.

Il-FKNK tat ħajr lill-membri tagħha tal-koperazzjoni sħiħa tagħhom biex assiguraw, li huma kapaċi josservaw ir-regolamenti. Hija tat ħajr ukoll lill-Gvern li fi kliemha wettaq l-applikazzjoni ta’ deroga b’mod korrett u b’kundizzjonijiet ta’ superviżjoni strettissimi, biex ippermetta l-kaċċa limitata f’din ir-rebbiegħa.  Qal li dan jawgura wkoll tajjeb għall-futur tal-passjoni tradizzjonali u soċjo-kulturali tal-kaċċa fir-rebbiegħa fil-gżejjer Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Aktar