Politika
Il-folla b’mumenti ta’ entużjażmu waqt li mxiet mal-Prim Ministru sa Kastilja

Apparti t-trasmissjoni diretta fuq Television Malta u tvm.com.mt, il-folla segwiet il-ġurament tal-ħatra fuq screen kbir armat apposta fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. Kienu bosta dawk li stennew biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru fi triqtu għal Kastilja u jawgurawlu personalment.

Wara li ntemmet iċ-ċerimonja tal-ħatra, Dr Abela beda l-mixja tiegħu minn Misraħ San Ġorġ lejn Kastilja, imdawwar minn bosta nies li ferħulu għall-kariga ġdida tiegħu. Kien hemm mumenti ta’ entużjażmu hekk kif il-folla li mxiet mal-Prim Ministru ġdid tul Triq ir-Repubblika.

Kien hemm uħud li kien ilhom sigħat jistennew l-okkażjoni f’Misraħ San Ġorġ biex jifirħulu u oħrajn biex jieħdu xi stessu miegħu.

Il-wasla tal-Prim Ministru ġdid fil-Berġa ta’ Kastilja ntlaqgħet minn folla li laqgħet lil Dr Abela u awguratlu waqt li tela’ għall-ewwel darba t-taraġ ta’ Kastilja bħala l-Prim Ministru ġdid ta’ Malta.

F’Kastilja Dr Abela kellu l-ewwel impenji tiegħu b’laqgħa tal-grupp Parlamentari Laburista. Fiha l-Prim Ministru Abela saħaq li l-Grupp Parlamentari issa għandu jissokta bil-ħidma tiegħu għax hemm ħafna xogħol xi jsir biex il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem. Huwa mifhum li diġà bdiet il-ħidma biex Dr Abela jħabbar il-membri tal-kabinett tiegħu.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Silvio Schembri qal li l-Air Malta tinsab mixja skont il-pjan ta’ ristrutturar iżda għadu mhux f’pożizzjoni li jikkumenta fuq is-sena finanzjarja li ntemmet f’Marzu…

Immigrazzjoni

Waqt żjara tiegħu fil-Laboratorju tal-Paċi, f’Ħal Far, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li bħalma l-Maltin kienu laqgħu bi ħġarhom lil San Pawl Nawfragu, hekk iridu jagħmlu mal-immigranti l-Maltin tal-lum. Waqt…

Lokali

Il-festival tal-mużika barokka jiġi fi tmiemu bl-aħħar erba’ kunċerti meta is-separju jinżel wara sensiela ta’ kunċerti li wasslu lill-udjenzi Maltin u barranin uħud mill-isbaħ elementi mill-epoka tal-mużika barokka. Il-kunċert Nel…

Kronaka

Is-suldat Christine Gauci ngħatat l-aħħar tislima llum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Hija tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tagħmel l-aktar ħaġa għal qalbha, togħdos. Gauci kellha 35 sena u kienet…

Aktar