Ekonomija u Finanzi
Trasferiti l-ishma tal-Lombard Bank lill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali

Ġew trasferiti l-ishma tal-Lombard Bank lill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali wara li l-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali rċieva l-approvazzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jakkwista 49.01% tal-ishma maħruġin mil-Lombard Bank.

Fi stqarrija l-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali qal li f’Marzu, il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali kien ħabbar li kien informa bil-miktub lill-Bord tad-Diretturi ta’ Lombard Bank Malta li l-NDSF u Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd
iffirmaw Share Purchase Agreement bejniethom, li permezz ta’dan il-ftehim, il-Fond kien ser jakkwista mingħand il-bank Ċiprijott, 21,651,746 sehem ordinarju, jew 49.01% tal-ishma kollha maħrugin mil-Lombard Bank.

Qal li llum l-ishma ġew trasferiti mingħand il-Venditur permezz ta’ transazzjoni off exchange fil-Borża ta’ Malta.

Kompla jispjega li minkejja l-fatt li l-NDSF akkwista 49.01% tal-ishma kollha maħruġin mill-Lombard Bank, il-Bord tal-Gvernaturi tal-NDSF m’għandux il-ħsieb li jżid is-sehem tiegħu fil-Lombard Bank u/jew li jaġixxi flimkien ma’ azzjonisti oħra. Qal li l-Fond se jaħdem sabiex jnaqqas is-sehem tiegħu fil-Lombard Bank b’mod l-aktar meqjus  u m’għandux il-ħsieb li jinfluwenza b’xi mod t-tmexxija tal-bank. Stqarr li għaldaqstant dan l-akkwist mill-Fond mhux se jġib tibdil fil-kontrol preżenti ta’ Lombard Bank.

Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali hija aġenzija tal-gvern stabbilità għall-iskop li tamministra 70% tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta mnedija permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar