Lokali
Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline mistennija tgħin aktar minn 16,000 persuna fl-2019

Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline tal-Knisja Metodista f’Malta qed tkompli tifrex il-ħidma tagħha bit-tqassim ta’ ikel lil familji fil-bżonn. Il-Fondazzjoni qalet li sal-aħħar tas-sena mistennija tgħin aktar minn 16,000 persuna bi spiża li tilħaq kwart ta’ miljun ewro.

Il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena qasmet ikel lil aktar minn 6,400 persuna u tistma li sal-aħħar tas-sena ser tkun għenet aktar minn 16,500 persuna li jinsabu f’diffikultà. Dan intqal mir-Reverendu Kim Hurst f’laqgħa għall-membri li jfornu lill-Fondazzjoni bl-għotjiet ta’ ikel u fondi u l-voluntiera li jagħtu s-sehem tagħhom biex l-ikel li jinġabar u jitqassam minn ċentri apposta fil-Belt, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar u Birkirkara.

Skont il-fondazzjoni l-ispiża sal-aħħar tas-sena mistennija titla’ għal €225,000.

Ir-Reverendu Kim Hurst, li tmexxi l-Knisja Metodista f’Malta, qalet li bdew il-Foodbank wara li membru tal-knisja Metodista ra persuna tfittex l-ikel f’landa taż-żibel fejn stabbilimenti li jservu l-ikel.

Rev. Kim Hurst qalet “that person came and spoke to me and said you have some experience with food banks what can we do to help so we started the food bank just thinking that it would help a few people and grown and making a big difference in people’s life”.

Ir-Reverendu Hurst qalet li l-Fondazzjoni tgħin aktar minn 100 familja fil-ġimgħa li jinbagħtu għall-għajnuna mis-social workers li jaħdmu ma’ diversi aġenziji.

Rev. Kim Hurst qalet “we work with agencies with leap with charitably with Jesuit refugee service, mental health , oncology department at Mater Dei where there were social workers that work along side a family and they assess as being in need and will refer it to us. We provide food so that the professionals can provide the care.”

Il-Fondazzjoni qalet li biex tkompli x-xogħol tagħha minħabba li d-domanda qed tiżdied tenħtieġ mal-€10,000 fix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar