Lokali
Il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali b’appoġġ għall-qraba ta’ Lourdes Agius -3 itfal jingħataw lil foster parents

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra l-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali kienu iktar moħħhom li jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil familja speċjalment lit-tfal tal-vittma.

Ġimgħa wara li Maria-Lourdes Agius ta’ 35 sena omm ta’ sebat itfal inqatlet allegatament mis-sieħeb tagħha f’Raħal Ġdid, l-attenzjoni tal-awtoritajiet tinsab iffukata fuq it-tfal li sfaw iltiema, fost it-tlett itfal żgħar li kellha mir-relazzjoni mal-allegat agressur.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti qal lil TVM li fl-aħħar sigħat, it-tfal li kellha fir-relazzjoni mal-allegat agressur, jinsabu kollha għand foster parents.

Alfred Grixti qal “għamilna l-care order kif indikat il-qorti, li għażlet li ma tagħmilx court order, imma care order immedjatament u qegħdin fi placement ta’ fostering.”

Is-Sur Grixti spjega li fil-każ ta’ Raħal Ġdid, il-Maġistrat Astrid May Grima ħalliet f’idejn il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali biex tagħmel l-arranġament hi permess ta’ care order, bid-differenza tal-każ tat-tarbija abbandunata f’Buġibba. F’dak il-kaz il-Maġistrat Joe Mifsud ħareġ court order u fil-jiem ta’ wara indika lill-Fondazzjoni biex toħroġ care order u llum din it-tarbija hija protetta.

Is-sur Grixyi qal li t-tfal li Agius kellha minn relazzjoni oħra ilhom taħt kura, b’wild minnhom huwa addotat. Dakinhar li l-omm instabet fgata fil-kamra tas-sodda, TVM kien irrapporta li l-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali bdiet proċess biex temporanjament dawn it-tfal jitpoġġew fil-kura ta’ istituzzjoni u jingħataw l-għajnuna li hemm bżonn.

Is-Sur Grixti qal “jinteressana ħafna mit-tfal u offrejna mal-ewwel is-Sibt u l-Ħadd stess għajnuna terapewtika, counselling u psikololgi tagħna lit-tfal kollha, lis-sitta li huma u familjari oħra. Qed nagħmlu xogħol ta’ adcvocacy għax il-familja u l-aħwa huma trawmatizzati. Qed naraw għajnuna lill-familja sħiħa.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, sostna li f’dawn iż-żewġ każijiet, kienu għexieren ta’ persuni li offrew li jadottaw jew jiffosterjaw.

“L-appelll tiegħi huwa kemm lejn ġenituri addottivi u kemm lejn minn jixtieq jagħmlu fostering għandna bżonn il-ħin kollu u ma nistennewx li tinqala emerġenzaa li ġew 2 f’daqqa imma s-sena kollha inkunu hemm” qal Alfred Grixti.

Intant, il-kumpilazzjoni fl-istadju tal-ġbir tal-provi fil-konfront ta’ Michael Emmanuel ta’ 28 sena mill-Kosta tal-Avorju, akkużat bil-qtil ta’ Maria-Lourdes Agius se tibda tinstema lejn tmiem il-ġimgħa d-dieħla. L-omm inqatlet is-Sibt illi għadda fl-appartament fejn toqgħod fi Triq Tortell, f’Raħal Ġdid.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Mill-aħħar ta’ dax-xahar ser jibda l-ġbir separat tal-iskart organiku magħmul mil-fdalijiet tal-ikel li ser jibda jinġabar separat fil-borża l-bajda. Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera qal li Gvern qed jipprovdi kontenituri apposta…

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li kliem li ntqal fi tweet mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jikkostitwixxi prima facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona u talab lid-Deputat Nazzjonalista jagħmel apoloġija….

Lokali

Rappreżentanti ta’ ħames organizzazzjonijiet internazzjonali tal-midja li fl-aħħar jiem kienu f’Malta f’dik li sejħu missjoni għal-libertà tal-espressjoni, qalu li l-Gvern għandu jassigura li qed issir investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil ta’…

Aktar