Immigrazzjoni
Il-Fondazzjoni JRS Malta tirċievi għotja mill-Julia Taft Refugee Fund

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti ħabbret li l-Fondazzjoni JRS Malta rċeviet għotja ta’ flus fl-ammont ta’ $25,000, mogħtija mill-Julia Taft Refugee Fund tal-Gvern Amerikan.

Il-proġett se jiffoka fuq il-promozzjoni ta’ aċċess aħjar għal impjieg ġust u stabbli għar-refuġjati u dawk li jfittxu l-ażil f’Malta.

Fit-28 ta’ Ottubru, Mark A. Schapiro, Chargé d’Affaires tal-Ambaxxata Amerikana ppreżenta d-dokumenti tal-għotja lil Fr. Mark Cachia, SJ, Deputat Direttur, Fondazzjoni JRS Malta fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar