Lokali
Il-Fondazzjoni Kreattività b’diversi proġetti biex tfakkar l-20 sena mit-twaqqif tagħha

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività.

Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Kreattività fil-Fortizza ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta – l-ispazju li joffri pjattaforma fejn il-pajjiż jesponi u jkattar il-kreattività artistika. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai qal li l-Kavallier ta’ San Ġakbu ta saqaf lil diversi forom ta’ arti.

“Produzzjonijiet partikolari bħat-teatru tond, bħal l-art house cinema, l-arti viżiva u conceptual art, etc. Sa 20 sena ilu l-ispazji ddedikati għal dan it-tip ta’ xogħol kienu neqsin.”

B’madwar 120 proġett fis-sena li jinkludu diversi festivals, b’ŻiguŻajg fost l-aktar popolari, il-Fondazzjoni se tkompli taħdem biex tkompli tgħolli l-livell tal-produzzjonijiet lokali u tiżviluppa koperazzjoni ma’ kumpaniji ta’ produzzjonijiet internazzjonali.

Il-Kavallier ta’ San Ġakbu huwa mifrxu fuq 6,500 metru kwadu, it-tmexxija tiegħu qed taħseb biex it-3,000 metru kwadru ta’ bejt ta’ dan il-post jinfetaħ għall-pubbliku.

“Kemm bħala aċċess, kemm bħala użu u kemm bħala spazju ieħor fejn ikun hemm attivitajiet artistiċi u kulturali.”

Is-Sur Cefai saħaq li l-istrateġija u l-viżjoni prinċipali tal-Fondazzjoni tibqa’ dik ta’ katalist ewlieni fil-qasam tal-kreattività għall-familja kollha.

“L-interess tagħna hu li noħolqu spazji li jintużaw għall-attivitajiet tal-kultura. Nużaw il-parti kummerċjali biex insostnu l-kultura mhux il-kontra.”

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti José Herrera żar l-Ispazju Kreattiv qal li hemm bżonn li tissaħħaħ l-identità ta’ Spazju Kreattiv bil-għan li jintlaħqu udjenzi ġodda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Ekonomija u Finanzi

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li…

Lokali

Fl-2018, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fl-għoti taċ-ċittadinanza waqt li l-akbar numru ta’ ċittadini barranin li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kienu mir-Renju Unit. Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2018, Malta tat iċ-ċittadinanza tagħha…

Aktar