Lokali
Il-Fondazzjoni Marigold taħdem biex jitjiebu s-servizzi għal nies bl-awtiżmu

Il-Fondazzjoni Marigold qed taħdem biex f’Malta jiżdiedu s-servizzi u titjieb il-kwalità tal-programmi offruti lill-persuni bl-awtiżmu. Għal dan il-għan qed taħdem mill-qrib mal-NGO internazzjonali Autism Speaks.

Il-Fondazzjoni Marigold stabbiliet kuntatti tajbin ħafna mal-organizzazzjoni internazzjonali Autism Speaks u flimkien se jaħdmu sabiex jitfasslu aktar servizzi ta’ kwalita’ għall-persuni fuq l-ispettru kollu tal-awtiżmu u għall-familji tagħhom.

Diskussjonijiet dwar dan saru fil-jiem li għaddew fi New York fl-Istati Uniti meta s-Sinjura Michelle Muscat żaret l-uffiċċji ta’ Autism Speaks, NGO li ilha imwaqfa 12-il sena u taħdem f’70 pajjiż. Is-Sur Andy Shih, Viċi President ta’ Autism Speaks ser iżur Malta fil-ġimgħat li ġejjin biex ikompli jiddiskuti programm ta’ ħidma.

“I think given Malta’s unique position, small population, universal healthcare, I think there is opportunity to create a model that potentially can be emulated by other countries in the region and maybe other parts of the world as well,” qal Shih. “…and I intend to learn from the stakeholders there, and try to understand what the consensus priorities are for the country. And then I will bring a technical expertise to support the community to achieve either objectives.”

“Kuntenta ħafna li x-xahar id-dieħel jiġi CEO ta’ Autism Speaks f’Malta biex miegħu nitħaddtu kif is-settur tal-awtiżmu nittrattawh b’mod li naħdmu biex familji tagħna jkollhom aċċess akbar għal servizzi iżda wkoll servizzi ta’ kwalità u li jkunu miftuħin għal aktar nies fuq l-ispectrum,” qalet is-Sinjura Muscat.

Intant fi New York is-Sinjura Muscat ipparteċipat f’laqgħat fosthom dwar il-moda u l-iżvilupp sostenibbli. “Flimkien ma’ pajjiżi oħra ddiskutejna kif qasam tal-moda jista’ jkun sostenibbli u kif ninkoraġixxu żgħażagħ li ‘they think out of the box.’ Ilni nattendi għalih erba’ snin u rajna kif anki aħna bħala Malta nistgħu niġu lura lejn pajjiżna u nitkellmu ma’ disinjaturi Maltin u jibdew jaħdmu huma b’dan il-mod ukoll.”

L-edukazzjoni u l-bullying speċjalment fuq l-internet kienu trattati wkoll f’konferenza li matulha qasmet l-esperjenza tagħha Melania Trump.