Lokali
Il-Fondazzjoni Marigold tniedi l-kampanja favur l-Awtiżmu

Il-Fondazzjoni Marigold nediet il-kampanja favur l-awtiżmu għal din is sena.

Lejlet ix-xahar ta’ April se tkun qed tinxtegħel iċ-Ċittadella, f’Għawdex, bħala parti mill-kampanja dinjija organizzata minn Autism Speaks.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat, qalet li l-għażla li tinxtegħel iċ-Ċittadella kienet meħuda fuq żewg binarji, l-aktar waħda ewlenija hi li l-kundizzjoni tal-awtiżmu hi waħda li tinżamm mistura minn ħafna nies b’ konsegwenza li ħafna nies mhumiex konxji tal-isfidi li jgħaddu minnhom il-ġenituri li għandhom tfal ibatu minn din il-kundizzjoni.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, Malta u Għawdex se jkunu qed jingħaqdu  wkoll ma’ pajjiżi barranin u man-Nazzjonijiet Uniti  fil-programm internazzjonali  ‘Light it up Blue’, organizzat minn Autism Speaks.

Il-Fondazzjoni Marigold se tkun qed tingħaqad ukoll ma’ Autism Europe fil-kampanja ‘Breaking Barriers Together for Autism’, bil-għan li nibnu soċjetà aktar aċċessibbli.

Iċ-Ċittadella se tkun qed tinxtegħel fil-31 ta’ Marzu fit-8pm.