Lokali
Il-Fondazzjoni Rise se tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena tas-sentenza

Il-Fondazzjoni RISE ser tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena biex jiskontaw is-sentenza. Il-Fondazzjoni għandha programm li jgħin b’ħiliet biex jintegraw fis-soċjetà meta jiskuntaw is-sentenza. Il-Ministru Michael Farrugia qal lid-Dar ser tingħata mill-Gvern lill-Fondazzjoni flimkien ma’ ftit aktar min-nofs miljun ewro biex bi programmi rijabilitattivi jintlaħqu aktar residenti tal-faċilità.

Il-Ministeru tas-Solidarjetà Soċjali bi ftehim ieħor ta’ sħubija soċjali iffirma ftehim ma’ Għaqda Mhux Governattiva tant li ser jgħaddi ftit aktar minn nofs miljun ewro fuq 3 snin lill-Fondazzjoni Rise biex tkompli tħejji l-priġunieri biex jerġgħu jintegraw b’mod responsabbli fis-soċjetà. Il-Fondazzjoni għandha dar fil-Belt u l-Gvern ser jgħaddilha propjetà oħra biex aktar persuni li ser itemmu s-sentenza jingħataw it-taħriġ ħalli jakkwistaw il-ħiliet meħtieġa.

Fr Franco Fenech qal “wara esperjenza ta’ 3 snin fid-dar Sister Maria del Baldacchino li qed tospita 10 residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin issa ser ikollna t-tieni dar li ser ikollna sezzjoni għan-nisa li s’issa ma kellniex għaliex l-istruttura tad-dar tippermetti dan u l-flus ser jiġu investiti f’dan il-programm li ser isir għall-aktar persuni għax diġà għandna 10 u d-dar il-ġdida ser tesa’ bejn 12 u 14”.

Carmel Saliba li jinsab fl-aħħar fażi tal-programm mifrux fuq sena jgħid li dan għenu ħafna.  Spjega li l-programm huwa intensiv u fih jingħataw attenzjoni individwali u jaqsmu l-esperjenzi u d-diffikutajiet fi gruppi.

Carmel Saliba qal “nibdew noħorġu naħdmu nagħmlu xahar bi tlitt ijiem, wara niġu bl-erbat ijiem, nagħmlu ġurnata d-dar , il-ħadd ikollna l-visti mal-familja. L-aħħar erba’ xhur hija t-tielet fazi qabel inkunu barra minn bil-parol jew bis-sentenza. F’din il-fażi niġu bil-5 ijiem xogħol u jibagħtuna nirranġaw l-affarijiet d-dar jibagħtuna nirranġawhom.”

Il-Ministru Michael Falzon ħeġġeġ biex dawk li segwew il-programm ta’ RISE jifhmu lis-soċjetà tathom opportunità oħra biex jintegraw b’mod sħiħ.

Dr Michael Falzon qal “ftit aktar minn nofs miljun ewro li qed nagħmlu ma’ RISE biex il-programm biex il-persuna meta toħroġ lura fis-soċjetà jkollha l-iskills neċessarji, hija xi ħaġa li mhux biss irridu ninvestu fiha iżda rridu nkunu soċjetà ġusta iżda m’hemm xejn ħażin li wieħed ikun soċjetà ħanina”.

Il-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju Permanenti fil-Minsiteru Mark Musu u d-Diretturi u l-Fundatur tal-Fondazzjoni RISE Charles Mifsud u Fr Franco Fenech. Il-Ministru Falzon qal li dan huwa t-tieni ftehim mal-Fondazzjoni filwaqt li spjega li l-Gvern għadda madwar €15-il miljun lill-Għaqdiet Mhux Governattivi u tal-Knisja biex isiru numru ta’ proġetti soċjali u biex jingħataw servizzi lil persuni li jenħtieġu l-għajnuna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar