Il-Fondi ta’ Koeżjoni tal-UE qed jikkontribwixxu għal bidla tal-ekonomija Maltija

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru.

Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi u l-isfidi soċjo-ekonomiċi ta’ Malta, ġie osservat li l-Fondi ta’ Koeżjoni qed jikkontribwixxu għal bidla tal-ekonomija Maltija.

Dawn it-tip ta’ fondi huma maħsuba għal pajjiżi li d-dħul nazzjonali gross tagħhom ras għal ras huwa anqas minn 90% tal-medja tal-Unjoni Ewropea. Il-fondi ta’ koeżjoni huma maħsuba li jnaqqsu d-differenzi soċjali u ekonomiċi bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Skont dan iċ-ċiklu ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha potenzjal tirċievi sa €828 miljun mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment. L-ammont totali ta’ finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni huwa ta’ €727 miljun. Sa tmiem l-2018, ġew allokati €689 miljun għal proġetti konkreti, jiġifieri 97% tat-total.

Il-Kummissjoni nnutat li bil-proġetti li tlestew sa issa, aktar minn 2,900 kumpanija f’Malta rċevew appoġġ biex ikomplu jinvestu waqt li sa tmiem l-2018, 16,342 persuna rċevew taħriġ jew appoġġ ieħor permezz tal-Fond Soċjali Ewropew li fost l-oħrajn hu maħsub l-aktar biex itejjeb il-ħiliet u jsaħħaħ il-kwalità tal-edukazzjoni vokazzjonali. Minn dawn il-persuni, ftit inqas minn 9,500 persuna rċevew forma ta’ kwalifika u 1,645 sabu x-xogħol.

Għall-budget li jmiss għall-perjodu 2021 sal-2027, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmodernizza l-politika ta’ koeżjoni. F’rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri maħruġ sena ilu, ġie osservat li pajjiżi bħal Estonja, il-Latvja u Malta jaf jiġu affettwati bil-proposti ġodda ta’ allokazzjoni minħabba l-progress ekonomiku li għamlu fl-aħħar snin. Madankollu, fl-istess dokument ingħad li dawn il-pajjiżi mhux se jitilfu fondi ta’ koeżjoni minħabba trasferiment ta’ fondi minn sorsi oħrajn b’mekkaniżmu speċifiku.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar