Ekonomija u Finanzi
Il-Forum Malti kontra l-faqar isejjaħ għal azzjonijiet konkreti dwar l-iskemi ta’ dħul minimu

Il-Forum Malti kontra l-faqar ingħaqad man-Network Ewropew u qed isejjaħ għal azzjonijiet konkreti għat-twettiq progressiv ta’ skemi ta’ dħul minimu adegwat. Waqt seminar organizzat minn dan il-forum ġiet indirizzata l-ġlieda kontra l-faqar u l-bżonn ta’ ħajja diċenti għal kulħadd.

Is-soċjologa Dr Josanne Cutajar qalet li diversi rapporti Ewropej juru li f’Malta hawn b’3,500 persuna fuq il-paga minima u li nisa anzjani huma iżjed f’riskju ta’ faqar. Waqt seminar organizzat mill-forum ta’ kontra l-faqar bit-titlu dħul minimu għal ħajja diċenti, Dr Cutajar qalet li rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta wera wkoll li Malta għandha rata għolja ta’ studenti li ma jkomplux l-istudji tagħhom. Dr Cutajar sostniet li toħroġ ukoll realtà oħra dwar is-self għax-xiri tad-djar.

Dr Josanne Cutajar qalet “veru hawn Malta għandna rata għolja ta’ nies li għandhom id-djar tagħhom, imma jekk toqgħod taqra l-gazzetti tibda tinduna min mhux se jkun qed jaqla’ l-average salary, mhux se jkun jista’ jieħu loan biex jixtri d-dar tiegħu. Jiġifieri kemm il-Kummissjoni Ewropea hija mħassab, u mqar jien għax dawn l-affarijiet se jaffettwawna ħażin.”

Dr Cutajar qalet li mill-aħħar rapport Ewropew dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa jirriżulta li hemm differenza kbira bejn is-saħħa tal-għonja u tal-fqar. Dan għax waqt li 86% ta’ dawk li għandhom dħul tajjeb qalu li jħossuhom b’saħħithom, huma biss 55% ta’ dawk li għandhom dħul baxx li qalu l-istess. Hija qalet li l-iktar grupp vulnerabbli f’Malta huma l-immigranti fejn jirriżulta li l-Afrikani f’Malta jirċievu l-iktar paga baxxa.”

Andre’ Bonello, is-Segretarju tal-Forum kontra l-faqar, qal li 14-il għaqda mhux governattiva ngħaqdu fil-forum biex iwasslu l-vuċi tal-persuni vulnerabbli. Qal li l-forum ingħaqad ma’ 36 pajjiżi oħra fl-Ewropa biex jaħdmu għal dħul adgewat u diċenti għal kulħadd.

Andre’ Bonello qal “in-nies ġewwa Malta mhux biss ikollhom il-paga minima, imma jkollhom id-dħul tagħhom li jkun diċenti. Kif persuna, kif familja fis-soċjetà f’Malta, u wkoll fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Ewropa, kif dawn qed jgħixu diċenti? Kemm għandhom bżonn dħul huma biex jgħixu diċenti, u rridu naraw is-servizzi li għandhom il-Maltin qegġdin jaċċessawhom?”

L-ekonomista, il-Professur Lino Briguglio, qal li mill-2009 l-infiq fl-ikel fl-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut esperjenza l-ogħla żieda fil-prezzijiet. Qal li dan ifisser li l-effett fuq familji bi dħul baxx jinħass ħafna iżjed minn dawk bi dħul medju.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar