Immigrazzjoni
AĠĠORNAT (2): Il-FAM isalvaw 97 immigrant, il-President Vella jiddiskuti l-immigrazzjoni

Sebgħa u disgħin immigrant iddaħħlu Malta mill-Forzi Armati wara li ġew salvati miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabilità ta’ Malta/ L-immigranti ddaħħlu qabel is-sebgħa ta’ fillgħodu fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima, f’Xatt it-Tiben, abbord l-akbar patrol boat tal-armata, il-P 61.

Mill-bidu tas-sena, il-Forzi Armati salvaw u daħħlu l-art 930 immigrant, bl-akbar wasla f’ġurnata waħda kienet tal-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra meta fi spazju ta’ tnax-il siegħa l-armata salvat 370 persuna.

L-immigrazzjoni intant kienet fuq l-aġenda ta’ laqgħa fl-Iżvizzera li l-President ta’ Malta, George Vella, kellu mad-Direttur Ġenerali tal-Organizazzjoni Internazzjonali għal Migrazzjoni, Antonio Vitorino. L-Uffiċċju tal-President qal li fil-laqgħa ġew diskussi affarijiet oħra li jolqtu r-reġjun tal-Mediterran fosthom l-effetti kkawżati mill-inkwiet fil-Libja.

Iż-żewġ naħat qablu li l-immigrazzjoni teħtieġ soluzzjonijiet globali.

Il-President Vella tenna l-ħtieġa li tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni fil-Libja. Wera l-fehma li ż-żieda fil-vjolenza se żżid il-kriżi umanitarja fil-pajjiż. Id-Direttur Ġenerali Vitorino qabel mal-President u qal li l-Organizazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni bħalissa qed tiffaċċja s-sitwazzjoni ta’ madwar 100,000 Libjan li kienu sfurzati jħallu djarhom fil-Libja.

Il-President Vella saħaq fuq l-importanza ta’ investiment u proġetti ta’ żvilupp fl-Afrika, filwaqt li inkoraġġixxa lill-Unjoni Ewropea biex timplimenta proġetti li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ persuni bejn l-Ewropa u l-Afrika bħal programm Erasmus+.

U f’impenn ieħor fil-jiem li għaddew, il-President qal li l-Forzi Armati huma eżemplari għal pajjiżi oħra f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti. Waqt żjara lil taqsimiet differenti tal-armata, Dr Vella rringrazzja lis-suldati għas-sagrifiċċji li jagħmlu biex iġibu l-interess nazzjonali fuq quddiem nett.

Irrefera għall-qtil ta’ immigrant f’Ħal Far, f’każ li fih allegatament hemm involuti żewġ suldati. Il-President qal li l-armata mhix persuna waħda u l-iżball ta’ wieħed jew tnejn, kbir kemm hu kbir, ma jġorrx miegħu lill-armata kollha.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar