Il-forzi Kurdi u tal-Iraq b’25,000 ġellied biex jieħdu lura Mosul mill-ISIS

Uffiċjali Amerikani qed jgħidu li l-forzi militari Kurdi u tal-Iraq qed iħejju mal-25,000 ġellied biex jieħdu lura l-belt ta’ Mosul mill-militanti tal-grupp estremista Stat Iżlamiku.

Uffiċjal militari veteran qal li l-operazzjoni biex din il-belt fit-tramuntana tal-Iraq terġa tiġi f’idejn l-Iraqini mistennija sseħħ f’April jew f’ Mejju.

Mosul – it-tieni l-akbar belt fl-Iraq bħalissa tinsab fil-kontroll ta’ bejn 1,000 u 2,000 militant tal-grupp Stat Iżlamiku.

F’din il-belt fejn kienu jgħixu aktar minn miljun persuna spiċċat f’idejn il-militanti Iżlamiċi f’Ġunju li għadda.

Il-ġellieda kollha li se jieħdu sehem f’din l-operazzjoni se jkunu ingħataw taħriġ mill-Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta’ mwiet fejn f’ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f’Victoria l-ammont ta’ każi żdiedu b’394 u fl-aħħar ġimgħa kienu…

Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

Aktar