Il-forzi militari fl-Iraq jieħdu f’idejhom parti kbira ta’ Tikrit mill-ISIS

Fl-Iraq, il-Forzi Militari ħadu f’idejhom il-parti l-kbira tal-Grigal tal-Belt ta’ Tikrit bil-glied qalil ikompli għaddej mal-Militanti tal-ISIS.

Rapporti qed jgħidu li l-Forzi Militari mgħejjuna mill-Musulmani Xiti rnexxielhom itellgħu l-bandiera Iraqqina fuq l-Isptar tid-distrett ta’ Qadisiya. Dan id-distrett kważi kollu jinsab taħt idejn il-Forzi Militari Iraqqin.

L-operazzjoni militari biex il-Qawwiet tas-Sigurtà jieħdu f’idejhom il-Belt ta’ Tikrit fejn twieled Saddam Hussein hija l-ikbar operazzjoni li tnediet sa issa.

Din l-operazzjoni qed issir bl-għajnuna tal-Iran. Il-Forzi Armati għandhom 30,000 suldat u qed ikunu mgħejjuna wkoll mill-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni li hija mmexxija mill-Istati Unti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija li qed tipproduċi l-ajruplani Boeing, qed taffaċċja problemi ġodda relatati mal-ajruplan kontroversjali 737 Max. Dan hekk kif instabu frak u fdalijiet fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ uħud mill-ajruplani li qed jistennew…

Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Aktar