Barranin
Il-forzi ribelli leali lejn il-Ġeneral Khalifa Haftar jgħidu li ħadu kontroll tal-belt ta’ Sirte

Il-forzi ribelli leali lejn il-Ġeneral Khalifa Haftar qalu li ħadu kontroll tal-belt ta’ Sirte, meqjusa bħala post strateġiku.

Il-belt kien ilha f’idejn il-gvern ta’ għaqda nazzjonali li għandu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Magħquda sa mill-2016, meta kienu tkeċċew militanti tal-Istat Iżlamiku. Il-Gvern tal-Prim Ministru Fayez Al-Serraj ma kkummentax.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-President Recep Tayyip Erdogan ħabbar li ser jibgħat truppi lejn il-Libja biex jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fi Tripli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Beda bħala apprendist ta’ Pierre Cardin u imbagħad ħadem bħala disinjatur għal Hermes. Wieħed mill-ġganti tad-dinja tal-moda, Jean Paul Gaultier, ippreżenta l-aħħar wirja tiegħu qabel ma jirtira formalment mill-industrija wara…

Barranin

Is-sriep huma x’aktarx il-kaġun tat-tixrid tal-coronavirus, li ħalla 17-il persuna mejta fiċ-Ċina. Is-serp krait u l-cobra Ċiniż x’aktarx huma s-sors ewlieni tal-coronavirus, mikrobu perikoluż li jinfirex malajr. L-esperti jemmnu li…

Barranin

Huanggang, bħal Wuhan qed tieħu miżuri drastiċi iżda neċessarji biex tipprevjeni li jkompli jinxtered il-coronavirus li s’issa ħalla 17-il persuna mejta. Fi Huanggang hemm madwar 6 miljun persuna u minħabba…

Barranin

Luigi Di Maio lbieraħ irriżenja minn kap tal-partit Movimento Cinque Stelle wara xi prolemi u diżgwid li nqala’ fi ħdan il-partit. Minkejja din ir-riżenja, Di Maio qal li se jibqa’…

Aktar