Barranin
Il-fosfina madwar il-pjaneta Venere tista’ tindika li hemm il-ħajja

Il-preżenza tal-gass magħruf bħala fosfina madwar il-pjaneta Venere jista’ jkun indikazzjoni ta’ ħajja aljena.

L-iskoperta, li saret minn tim ta’ riċerkaturi internazzjonali mmexxija minn Jane Greaves minn Cardiff University, qed titqies bħala waħda importanti ferm għall-għarfien dwar is-sistema solari tagħna.

Il-fosfina huwa gass jinten li jinsab fil-ħmieġ ta’ xi annimali u jiġi prodott mill-batterji u l-mikrobi. Dan jista’ jkun ukoll riżultat ta’ proċessi industrijali.

Peress li l-atmosfera fuq Venere, magħrufa wkoll bil-Malti bħala ż-Żahrija, hija aċiduża ħafna, dan it-tip ta’ gass jinqered malajr, u għalhekk ir-riċerkaturi waslu għall-konklużjoni li xi ħaġa qed toħloq dan il-gass kontinwament.

Ir-riċerkaturi għamluha ċara li l-iskoperta tagħhom mhix evidenza konklussiva li teżisti l-ħajja fuq Venere, u li hemm bżonn ħafna iktar riċerka biex dan ikun ikkonfermat.

Madanakollu, abbażi ta’ dak kollu li x-xjenza taf s’issa fuq din il-pjaneta, m’hemm l-ebda attività oħra bħal vulkan, dawl tax-xemx jew sajjetti, li jistgħu joħolqu dan l-ammont kbir ta’ fosfina li ġiet osservata.

Għal iktar dettall tista’ taqra l-artiklu akkademiku hawn.

Aħbarijiet Oħra

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Aktar