FILMAT: Il-foss tal-Birgu jingħata ħajja ġdida b’investiment ta’ miljun ewro

Għalkemm il-Foss tal-Birgu kien serva ta’ ġnien publiku għal xi żmien, il-post kien spiċċa kompletament mitluq u abbandunat. Illum, il-Foss inbidel f’post ta’ rikreazzjoni għall-familji, fl-istess waqt li żamm il-valur storiku tiegħu.

Il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg inawguraw il-proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-Foss tal-Birgu. Il-proġett beda madwar 13-il xahar ilu u tlesta b’investiment ta’ ftit akat minn miljun ewro li minnhom 85% huma mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. L-għan tal-proġett kien mhux biss li tiġi restawrata l-ġebla iżda li tingħata lura d-dehra oriġinali tal-fortifikazzjonijiet.

Il-Perit Dorianne Cachia, mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura ddisinjat u implimentat il-proġett. Hija spjegat li saru passaġġi li permezz tagħhom, wieħed jista’ jaqsam min-naħa għall-oħra tal-foss u li finalment iwassluk mid-daħla l-antika tal-Birgu magħrufa bħal l-Couvre Porte san-naħa tax-xatt tal-Kalkara.

“Fil-kunċett tad-disinn, l-idea kienet illi nagħmlu passaġġ sempliċi b’tali mod li l-viżitaturi jistgħu japprezzaw ir-rikkezza tal-fortifikazzjonijiet.”

Id-disinn jintegra u jenfasizza d-diversi sejbiet arkejoloġici li saru f’dan is-sit bi storja tant rikka, fosthom il-Kapunier li nbena fl-1728.

“Kien qisu forma ta’ trench li minnu kienu jaħarbu l-Kavallieri u jekk jiġi l-għadu min-naħa l-oħra tal-foss. Dan ġie restawrat u għamilna wkoll rikostruzzjoni ta’ parti minnu u wieħed issa jista’ jifhem kif dan kien jintuża.”

Il-Perit Cachia qalet li sar xogħol estensiv fl-inħawi tal-Batterija li kienet mirduma bil-ħamrija u siġar kbar

“Skavajna kompletament sakemm sibna l-pedamenti u wieħed issa jista’ japprezza l-ġmiel li hija parti mill-Foss li ġġonġi mal-posta ta’ Kastilja.”

Il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-foss tal-Birgu sar ukoll bit-tħabbrik tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna li ta biex jinsab Clive Agius li kien qed imfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Qorti, Clive Agius għandu 34 sena u jirrisjedi l-Floriana u qe djinżamm mill-Pulizija…

Kronaka

Anzjan ta’ 67 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq l-irdum ta’ Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:45, bil-Pulizija u l-AFM marru minnufih fuq il-post…

Ambjent

Id-diskussjoni u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-pompa tal-petrol fil-Magħtab, limiti tan-Naxxar, mhux se ssir għada minħabba li llum ġiet ippreżentata kawża fil-Qorti f’dan ir-rigward. Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar intqal li…

Toroq

Qed jiġi rrappurtat li hemm traffiku kbir fl-inħawi tal-Floriana, il-Pietà, l-Imsida u Ta’ Xbiex. Jidher li l-karozzi jinsabu mwaħħlin fit-traffiku anke fil-Marsa, fi Triq Diċembru 13, Triq Aldo Moro u…

Aktar