Kultura
‘Il-fotografija l-għalliem tiegħi għax għallmitni npitter’ – Henry Falzon

Henry Falzon minn dejjem kellu għall-qalbu l-arti, b’mod speċjali l-fotografija tant li għamel żmien twil jieħu r-ritratti ‘black and white’ u jiżviluppahom hu stess fid-dark room tiegħu. Qalilna li jqis il-fotografija bħala l-għalliem tiegħu biex beda ipitter. Matul l-aħħar snin Henry Falzon ħadem fuq għadd ta’ pitturi li 40 minnhom jinsabu għall-wiri f’Ħal Balzan.

“Ħafna minn dax-xogħol hu magħmul bil-pastel, il-maġġoranza tiegħu, huwa xogħol ta’ sentejn, u xogħol daqxejn iktar ta’ qabel dan għandna akkwarelli u żejt. Ħafna mill-veduti li qegħdin naraw huma landscapes ta’ Malta u huma maħdumin li postijiet familjari jidhru bħala postijiet daqxejn iktar partikulari, jiġifieri ma nużax veduti tradizzjonali, dak li ngħidulhom postcards, imma ntihom laqta differenti bħala viewpoint.”

Henry Falzon qal li biex ipitter juża iżjed minn metodu wieħed, mhux biss dik li jpitter fuq il-post.

“Għandi numru ta’ canvas biż-żejt li huma mpinġijjin on location, jiġifieri mmur bit-tila u npinġi fuq il-post, pero’ l-maġġoranza tal-biċċiet l-oħrajn huma magħmulin fl-istudio u nuża taħlita ta’ reference pictures, ritratti li nieħu tal-post, kif ukoll sketches, kif ukoll mill-memorja.”

Il-wirja tax-xogħlijiet ta’ Henry Falzon se tkun miftuħa sal-Ġimgħa filgħaxija u mbagħad il-Ħadd filgħodu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar, karozza li kienet ipparkjata għal xi raġuni spiċċat fil-baħar fil-Qawra. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ tvm.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Luzzu. Jidher li…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia elenka 15-il proposta biex fi kliemu l-pajjiż ma jerġax jgħaddi mill-kriżi politika li għaddej minnha bħalissa. F’kummenti fuq NET TV, Dr Delia qal li wħud mill-proposti…

Saħħa

Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda…

Kisbiet

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…

Aktar