Il-frott taċ-ċitru ta’ Malta jvarja minn ta’ pajjiżi oħra

Il-benefiċċji tal-frott taċ-ċitru bħal-lumi, il-larinġ u l-mandolina kienu kkonfermati kemm-il darba fi studji u anki fil-prattika. Apparti mit-tjubija tat-togħma u l-versatilità tagħhom fid-dieta. L-espert fin-nutrizzjoni, Godfrey Axiak, qal li l-frott taċ-ċitru hu miżgħud b’vitamini u nutrijenti li jsaħħu is-sistema immunitarja u ta’ difiża kontra mard.

“Inkunu aktar kapaċi niġġieldu kontra l-influwenzi u l-irjiħat kontra anki ċertu cancers anki per eżempju l-ġebla hemm ħafna affarijiet li jiġu affetwati minħabba l-propjetajiet li għandu iċ-ċitru,” qal Godfrey Axiak.

Forsi fattur li ma tantx huwa magħruf huwa li ċ-ċitru tradizzjonali ta’ Malta ivarja minn pajjiżi oħra minħabba l-karatteristiċi klimatiċi Mediterranji.

“Il-larinġ per eżempju ta’ pajjiżi differenti ikun fih xorta ikun fih vitamini u minerali pero ikun fih ammonti differenti jiġifieri per eżempju l-ammont ta’ vitamina ċ li jkollu l-larinġ ta’ Malta ikun jiddependi minn ħafna affarijiet jiġifieri mhux bilfors il-larinġ ta’ Malta jkun eżatt bħal ta’ snin oħra però aħna Malta għandna frott tajjeb ħafna jiġifieri anki bħala vitamini u sustanzi u anki bħala size ikun sabiħ, kbir normalment,” qal Godfrey Axiak.

Ħal-Lija, il-lokalità li rabtet isimha mal-larinġ u l-frott taċ-ċitru l-Ħadd li ġej se tiċċelebra ‘l dan il-frott b’Festival taċ-Ċitru li ser isir ħdejn il-Kappella tal-Mirakli.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar