Kurżitajiet
Il-fsied tan-nanniet jagħmel ħsara fuq saħħet it-tfal

Il-klemenza u l-fsied tan-nanniet jafu jħallu impatt ħażin fuq saħħet in-neputijiet.

Riċerkaturi fi ħdan l-Università ta’ Glasgow turi li hawn tendenza li n-nanniet jagħtu ħafna ikel lin-neputijiet u li jfisduhom.

Flimkien mal-ikel u l-fsied uħud minn nanniet ġieli jpejpu quddiem in-neputijiet u ma jħeġġuhomx biex jagħmlu l-eżerċizzju.

Ir-riċerka kienet tikkonsisti minn 56 studju fost 18-il pajjiż li jinkludu r-Renju Unit, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Ġappun.

Ir-rapport jiffoka fuq l-influwenza tan-nanniet fuq it-tfal meta jkunu għandhom żgħar b’mod partikolari fil-qasam tad-dieta, l-attività fiżika u t-tipjip.

Fil-qasam tad-dieta u l-piż, in-nanniet ħallew impatt ħażin hekk  kif  in-nanniet moħħhom li jitimgħu u jagħtu ħafna ikel lin-neputijet, b’mod partikolari ikel li jħalli togħma tajba, b’ħafna zokkor u li jħaxxen.

L-istudju sab differenza fost dawk in-nanniet li jrabbu lin-neputijiet ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom fi tmiem il-ġimgħa biss. Dan hekk kif dawk li jarawhom biss fi tmiem il-ġimgħa jfisduhom aktar.

L-attriċi Maureen Lipman qalet li ma tistax tħarreġ it-tfal ta’ ħaddieħor u stqarret li tkun ġenituri hija sfida kontinwa iżda li tkun nanna hija xi ħaġa ta’ pjaċir u għalhekk ma tridx tkun in-nanna li ma tagħtix lin-neputijiet dik il-biċċa kejk.

Dwar l-eżerċizzju fiżiku l-istudju nnota li dan jiddependi skont kemm in-nanniet jagħtu importanza l-eżerċizzju f’ħajjithom. Filwaqt li dwar it-tipjip quddiem in-neputijiet, l-istudju jinnota li din hija battalja kontinwa bejn il-ġenituri u n-nanniet.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet, Lokali

Robert G nieda kanzunetta ġdida It’s How We Grow. Il-kliem u mużika tal-kanzunetta rock huma ta’ Charles Paletti Muscat. Il-kanzunetta hija ddedikata għan-nies kollha b’messaġġ li tista’ twettaq il-ħolma tiegħek,…

Barranin, Kurżitajiet

Studju sab rabta bejn it-taħriġ fiżiku u s-saħħa mentali. L-istudju sab li t-taħriġ għandu effetti pożittivi fuq il-moħħ. Skont ir-riċerka mill-Università ta’ Limerick li wieħed jerfa’ l-weights inaqqas is-sintomi tad-dipressjoni….

Barranin, Kurżitajiet

Jekk tiekol waħdek qed f’riskju li tħossok imdejjaq. Riċerka sabet li waħda mill-akbar kawżiet għala wieħed iħossu mdejjaq hi li jiekol waħdu. Ir-riċerkaturi stħarrġu mat-8,000 adult fejn sabu li l-kuntentizza…

Kurżitajiet

Fil-Ġappun, il-brama hija meqjusa bħala speċjalità. Riċerkaturi Daniżi ħadu spunt mit-tradizzjoni kulinarja Ġappuniża fejn qed jipprovaw jipperfezzjonaw ‘snack’ ġdida magħmula mill-bram. Ir-riċerkaturi Daniżi qed jaraw kif se jikkonvertu t-tentakoli tal-bram…

Aktar