Politika
“Il-ftehim korrott li l-Gvern għamel ma’ Vitals u Steward Healthcare fisser li l-pajjiż rema €240 miljun” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ftehim korrott li l-Gvern għamel ma’ Vitals u Steward Healthcare fisser li l-pajjiż rema €240 miljun u issa jrid jonfoq iżjed biex jindirizza l-kriżi tal-pandemija tal-coronavirus. Qal li l-isptar temporanju li ħabbar il-Gvern qed iseħħ minħabba li l-pajjiż kellu jonfoq il-flus għalxejn ma’ Vitals u Steward Healthcare. Dwar l-aħħar pakkett ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern, Dr Delia qal li l-Prim Ministru Robert Abela qed ikun reattiv u selettiv u qed jagħżel hu lil min jgħin. Sostna li kien jistenna li l-Gvern jagħti appoġġ lil dawk milquta mill-aħħar miżuri li tħabbru biex iżjed nies joqgħodu ġewwa biex jibżgħu għal saħħithom.

Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni lesta tappoġġja lill-Gvern fil-Parlament biex ikunu garantiti iżjed postijiet tax-xogħol. Sostna li bil-miżuri li ħabbar s’issa l-Gvern, iżjed minn 110,000 persuna ma ngħatawx għajnuna. Adrian Delia enfasizza l-proposta tal-Partit Nazzjonalista biex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jinqatgħu bin-nofs biex tingħata iżjed għajnuna lill-familji.

Adrian Delia qal li ebda Prim Ministru fid-dinja ma joħroġ jgħid il-kontra ta’ dak li jkunu qalu l-awtoritajiet tas-saħħa kif qal li seħħ fl-aħħar jiem meta Robert Abela biddel il-verżjoni tal-Ministru Chris Fearne fuq il-miżuri tal-anzjani u l-persuni vulnerabbli li jirdu jibqgħu ġewwa.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li Robert Abela jippreferi jagħti l-kura lill-pazjenti Maltin fi sptar temporanju minflok jieħu lura f’idejh it-800 sodda f’San Luqa, Karin Grech u l-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Id-deputat Nazzonalista Karol Aquilina qal li kieku l-Gvern għad għandu f’idejh l-isptar San Luqa u żammu fi stat tajjeb, kieku llum il-pajjiż għandu sptar ta’ kważi elf sodda li jista’ juża.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

Rick Hunkin, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta p.l.c., ġie elett Chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) għas-sena li ġejja. Il-ħatra tiegħu tħabbret wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni li saret il-ġimgħa l-oħra,…

COVID-19

Il-Kamra tal-Avukati qalet li tinsab infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa qed iħejju l-protokolli marbuta mal-Covid-19 li għandhom jiġu osservati f’seduti tal-Qorti. Fi stqarrija l-Kamra qalet li dalgħodu kellha laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja,…

Għawdex

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u l-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri, qalu li mindu ġew rilaxxati numru ta’ miżuri partikolarment fl-istabbilimenti tal-ikel, it-turiżmu intern jidher li qabad ġmielu….

Ħatriet

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lil George Portanier bħala maniġer ta’ Dar Sagra Familja fin-Naxxar, b’effett mil-lum l-1 ta’ Ġunju. Is-Sur Portanier għandu Masters fil-Finanzi u Investimenti minn York University, MBA mill-Università ta’…

Aktar