Barranin
Il-ftehim ta’ Johnson jgħaddi mill-ewwel stadju, iżda jeħel fuq l-iskeda

Fil-House of Commons, il-maġġoranza tal-membri parlamentari Ingliżi vvutaw favur il-ftehim milħuq dwar Brexit bejn il-Prim Ministru Boris Johnson u l-Unjoni Ewropea.

Disat ijiem qabel id-data li fiha Boris Johnson irid joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ingliż approva l-ftehim għal Brexit b’329 favur u 299 kontra.

Madanakollu, il-pjanijiet ta’ Johnson weħlu fit-tieni stadju, fejn ma ġietx approvata l-iskeda proposta biex ir-Renju Unit ikun jista’ joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Iktar kmieni l-Prim Ministru qal li jekk il-vot ma jgħaddix, il-Gvern Ingliż ser ikun qiegħed jirtira l-ftehim dwar Brexit u jsejjaħ għall-elezzjoni sa tmiem din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Barranin

Minn tal-inqas 5 persuni ndarbu fi sparaturi li seħħew fi skola f’Kalifornja. L-isparaturi seħħew f’Saugus High School f’Santa Clarita ftit minuti qabel bdew il-lezzjonijiet. Is-suspettat huwa ġuvni Ażjatiku ta’ 15-il…

Barranin

Il-ħamiem issibu kważi f’kull belt ewlenija madwar id-dinja foshom fil-Belt Valletta, iżda qatt innutajt li xi wħud minnhom bi swaba’ neqsin? Jidher li dan it-tajr jitlef xi swaba’ mhux għax…

Aktar