Kultura
Il-ftira Maltija quddiem il-UNESCO biex tkun ikkunsidarata wirt kulturali intanġibbli

Il-Gvern permezz tad-Direttorat tal-Kultura, se jkun qiegħed iressaq il-ftira u l-arti kulinarja tagħha bħala l-ewwel element lokali biex ikun fil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO.

Maħduma b’mod tradizzjonali u mfittxija minn bosta, il-ftira tista’ tispiċċa fil-lista tal-UNESCO bħala Wirt Intanġibbli. Dan ser isir wara li fl-2017, Malta rratifikat il-konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-wirt kulturali intanġibbli.

Il-Ministru Owen Bonnici qal “il-konvenzjoni tagħmilha ċara li d-deċiżjoni trid tiġi mingħand in-nies u mhux il-Gvern jiddeċiedi. Il-poplu, lis-stakeholders u n-nies f’dan is-settur mexxew ‘il quddiem il-proposta tal-ftira artiġjana Maltija biex tidħol fil-lista tal-wirt intanġibbli tad-dinja kollha tal-UNESCO”.

L-ambaxxatur ta’ Malta għall-UNESCO, Monsinjur Dott. Joe Vella Gauci, qal li l-applikazzjoni trid tiġi evalwata mill-UNESCO.

Monsinjur Dott. Joe Vella Gauci qal “l-applikazzjoni trid tiġi segwita sakemm finalment tiġi aċċettata fl-Assemblea Ġenerali tal-Wirt Tanġibbli. Allura aħna l-iskop tagħna huwa li dan il-proċess, li beda propju llum, jiġi fi tmiemu matul din is-sena”.

Tħabbar li l-Bord Nazzjonali għall-Wirt Kulturali Intanġibbli qed jikkunsidra wkoll sottomissjonijiet li saru mill-Maltin dwar elementi oħra li jistgħu jikkwalifikaw bħala wirt intanġibbli. S’issa fl-Inventarju Nazzjonali tal-wirt kulturali intanġibbli hemm ukoll il-bizzilla; l-għana; is-sengħa tar-rakmu bid-deheb; l-għażżiela, il-logħba tal-brilli u l-falkunerija.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar