Knisja Maltija
Il-funzjonijiet reliġjużi tal-Ġimgħa Mqaddsa se jixxandru fuq TVM u TVM2

Matul ix-xahar ta’ April, l-Arċisqof Charles Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddiesa kuljum li, minħabba r-restrizzjonijiet kontra t-tixrid tal-coronavirus, qed tixxandar kuljum fuq TVM2.

Il-Quddies iċċelebrat mill-Arċisqof qed jixxandar:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5:30 p.m. mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-Quddiesa tingħad it-talba tar-Ruzarju.

Il-Ħadd fid-9:30 a.m. mill-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun.

Għall-Ġimgħa Mqaddsa li tibda nhar il-Ħadd li ġej, 5 ta’ April, Ħadd il-Palm, qed jitħabbar programm speċjali li jinkludi numru ta’ funzjonijiet reliġjużi.

Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

It-Tnejn 6 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.

It-Tlieta 7 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.

Il-Ħamis 9 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fil-5:30 p.m., l-Arċisqof imexxi Quddiesa l-Ikla tal-Mulej u wara ħin ta’ Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni. Fit-8:30 p.m., l-Arċisqof imexxi mument ta’ talb u riflessjoni bit-tema ‘Seba’ waqfiet ma’ Ġesù.

Il-Ġimgħa 10 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-3:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Fis-6:30 p.m., l-Arċisqof jitlob il-Via Crucis.

Is-Sibt 11 ta’ April, Sibt il-Għid, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-8:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid.

Il-Ħadd 12 ta’ April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ser jixxandru fuq TVM jew TVM2.

Aħbarijiet Oħra
Sbuħija

Il-parrukkiera u l-barbiera jistgħu jerġgħu jibdew iqaxxru jew jagħtu stil id-daqna tal-irġiel, sakemm l-appuntament ma jdumx aktar minn kwarta. F’aġġornament tal-obbligi u l-linji gwida għall-parrukkiera u l-barbiera, ippubblikati lbieraħ mill-Ministeru…

Immigrazzjoni

L-ambaxxatur Ġermaniż għall-Unjoni Ewropea qal li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-persuni li qed ifittxu l-ażil, trid tinkludi r-relokazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi kollha tal-UE biex is-sistema taħdem. Michael Clausse qal…

Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Aktar